Bidu modest però wieħed inkoraġġanti.
Dan kien is-sentiment fuq ħalq ħafna uffiċjali fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta fl-ewwel jum li fih reġgħu bdew joperaw titjiriet għat-turisti minn u lejn pajjiżna.
F’dal jum tant mistenni minn kulħadd One News żar l-ajruport internazzjonali ta’ Malta.
Kif stennejna l-ajruport kien imħejji sew b’miżura wara oħra ta’ prekawzjoni fid-dawl tal-pandemija Covid-19.
Lanqas ilħaqna rfisna l-għatba tal-ajruport li ma ltqajniex ma’ ħaġa mhux tas-soltu.
Dwar din it-is-sistema avvanzata tkellimna mal-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport internazzjonali ta’ Malta s-Sur Alan Borg.
“Investejna f’thermal cameras. B’kollox għandna 9 fl-ajruport kemm mad-dħul tal-ajruport u kemm mad-dħul meta inti ġej minn barra u essenzjalment dawn il-cameras jidditecktjaw li inti liebes maskra u li inti għandek temperatura ta’ inqas minn 37.3. Jekk dan huwa l-każ lill-operaturi li huma provduti ġentilment mis-saħħa pubblika tiġihom a green screen u l-passiġġier ikun jista’ jibqa’ għaddej.”
Staqsejnih ukoll x’jiġri jekk is-sistema timmarka li persuna li tkun daħlet l-ajruport ikollha temperatura għolja.
“Fil-każ li hemm xi ħadd b’temperatura għolja għandna kmamar segregati kemm fid-dħul taż-żewġ naħat tal-airport fejn ikun hemm area fejn ikun hemm tabib fejn ikun jista’ jsaqqsi l-passiġġier u jara ftit is-sintomi li għandu dak il-passiġġier.”
Intant preċiżament fil-kwarta ta’ wara nofsinhar waslet l-ewwel titjira tal-Air Malta minn Ruma.
Ħadna ftit reazzjonijiet tal-ewwel passiġġiera li rifsu fuq artna.
“Im working here last 5 years;
Noi vegniamo a lavorare andiamo sulle navi;
It’s for work. I applied for a job in Mater Dei so we’ll be working there.”
Il-passiġġieri faħħru wkoll l-andament tat-titjira filwaqt li oħrajn ma setgħux jaħbu l-eċitament tagħhom għall-fatt li ser iqattgħu ftit jiem mill-aktar xemxin f’pajjiżna.
“I’m very happy that they opened the airport;
We were all a bit nervous, I think everybody was a bit nervous but it was ok, It was a good flight;
I’m happy about it. Kont qed nistennihom li jiftħu l-flights. I’m really happy;
It’s great, it’s great. Wonderful. I like how they give me gifts, really warm;
Adesso prima volta. Grazie sono contentissima pero sono venuta turista. 10 giorni.”