Minkejja li ninsabu fix-xahar ta’ Diċembru, xahar li normalment nassoċċjawh mal-kesħa u l-maltemp, pajjiżna qed igawdi minn temp sabiħ. Fost dawk li kien hemm igawdu x-xemx u temperatura li tinżel għasel fi żmien li ħafna jkunu b’xi btala hemm proprju t-turisti. Tkellimna ma’ wħud minnhom li spjegaw kif qed jinżlulhom għasel dawn il-ġranet xemxin u l-atmosfera tal-Milied f’pajjiżna.