Andrea Prudente u r-raġel tagħha Jay Weeldreyer, li kienu fl-aħbarijiet f’Malta s-sajf li għadda wara kumplikazzjonijiet serji fit-tqala, fetħu libell fil-konfront tal-eks deputat tal-Blue Heroes, Jason Azzopardi.
Fuq Facebook, Jason Azzopardi, li huwa parti mill-establishment Nazzjonalista, ilbieraħ allega li Prudente nġiebet apposta Malta biex, fi kliemu, tqum kontraversja.
F’din l-istess kitba fuq il-midja soċjali, Jason Azzopardi għajjar “żibel” lil dawk li, fis-sajf li għadda assistew lil Andrea Prudente, meta nqabdet b’kumplikazzjoni medika fit-tqala wqkienet għal btala f’Malta.
Il-libell ġie ppreżentati f’isem Andrea Prudente mill-Avukata Lara Dimitrijevic, li ppreżentat ukoll libell ieħor kontra l-akkademiku Simon Mercieca minħabba kitba li kiteb.
Fuq il-Facebook, Dimitrijevic indirizzat ukoll lill-Kap tal-Oppożizzjoni u lil dawk kollha li tkellmu f’isem il-Partit Nazzjonalista,u qaltilhom li m’għandhomx għalfejn jinħbew wara l-privileġġ parlamentari. Qaltilhom: “Istħu, u l-inqas ħaġa li tistgħu tagħmlu, jekk għandkom nitfa ta’ diċenza umana, huwa li tapoloġizzaw għall insensittività u l-kummenti skorretti. Inkella, tistgħu tagħmlu kif għajjat diversi drabi l-kap li kellkom qabel, ‘Barra’. Ma ħaqqkomx siġġu fil-Parlament.”