Fil-pjazza ewlenija ta’ Moska, ir-Red Square, il-President Russu, Vladimir Putin qal li t-truppi Russi fil-Lvant tal-Ukrajna qed jiddefendu lil art twelidhom.
Huwa qal li l-invażjoni fl-Ukrajna, li sejħilha “operazzjoni militari speċjali”, hija bżonnjuża u ġiet ipprovokata mill-Punent.
Putin qal dan meta kien qed jippresiedi parata militari kbira f’Moska li timmarka r-rebħa fuq in-Nażisti fit-Tieni Gwerra Dinjija.
Din is-sena, is-sinifikat ta’ din iċ-ċelebrazzjoni annwali kiber fid-dawl tal-invażjoni Russja fl-Ukrajna u kienu bosta li kienu qed jittamaw li jħabbar xi ħaġa b’rabta mal-gwerra fl-Ukrajna, iżda dan baqa’ ma seħħx.
Il-Parati qegħdin isiru fi 28 belt Russja bis-sehem ta’ 65,000 ruħ, 2,400 biċċa tagħmir militari, u aktar minn 400 inġenju tal-ajru.