Żgur li tiġbed l-għajn u ssebbaħ bi ġmielha l-pjazza li għadha kemm saret mill-ġdid u tat ħajja ġdida u ferm isbaħ lid-daħla tal-kapitali Maltija Valletta.
Tajjeb li wieħed jirrimarka, li kieku ma kienx għall-insistenza tal-Gvern preżenti, kieku l-funtana tat-Tritoni ma kinitx tibqa’ f’postha, minħabba l-fatt li l-Perit tal-proġett tal-bini tal-Parlament Renzo Piano, xtaq jirriloka l-funtana tat-Tritoni f’żona oħra tal-Furjana.
Il-Funtana saritilha sistema ta’ dawl ġdid wara li sar ir-restawr estensiv.
Ritratt: Ray Azzopardi