Wara li fil-bidu ta’ Awwissu l-figuri massivi tal-Funtana tat-Tritoni waslu lura pajjiżna u kienu qed jinżammu l-Mosta wara li ttieħdu biex jiġu rrestawrati, illum wasal il-jum li jerġgħu jitwaħħlu fid-daħla tal-Belt.
Jum li żgur mhux forsi bosta ilhom jistennew biex sa fl-aħħar jerġgħu jaraw lit-Tritoni lura f’posthom.
Il-figuri tal-bronż tat-Tritoni kienu rrestawrati fil-Belt Taljana ta’ Firenze. Proprju fil-Funderija Artistika Ferdinando Marinelli, li tispeċċjalizza fuq arti tal-bronż fejn żgur mhux forsi dan ir-restawr jagħmel iktar ġieh lill-valur artistiku għax-xogħol tal-iskultur Ċensu Apap.
Ir-restawr tat-Tritoni huwa parti minn proġett ferm usa, fejn dan il-proġett mistenni jara id-dawra tal-funtana u d-daħla tal-Belt tkun spazzju miftuħ għan-nies. Dan sabiex jitgawda minn kulħadd.