Mijiet ta’ persuni bħalissa diġà jinsabu lesti bil-bandiera Maltija biex jilqgħu lill-Prim Ministru Joseph Muscat fl-aħħar Mass Meeting tal-Partit Laburista għal din il-kampanja elettorali ġewwa Ħal Far fiż-żona magħrufa bħala tal-Kwart ta’ Mil.
Dan mistenni li jkun wieħed mill-akbar mass meetings li qatt ġie organizzat mill-PL tul dawn l-aħħar snin fejn fih se jkunu qed jieħdu sehem tliet artisti intertazzjonali flimkien ma’ għaxar DJs lokali.
Il-brijju beda għall-ħabta tal-16:00 u mistenni li jintemm għall-ħabta ta’ nofsillejl.