Il-Ministru Ian Borg ħabbar li llum ser tinħareġ is-sejħa għal offerti sabiex tibena mill-ġdid Triq Bormla ġewwa Ħaż-Zabbar, magħrufa aħjar bħala it-Triq taċ-Ċawsli.
Din hija triq importanti ħafna għax tgħaqqad tliet ibliet fin-naħa t’isfel ta’ Malta: Żabbar, Żejtun u Fgura.
L-investiment mistenni jlaħħaq il-ħames miljun ewro. Il-Partit Laburista fil-Gvern wiegħed li jara li t-toroq kollha ta’ Malta u Għawdex ikunu fi stat tajjeb tul il-leġiżlatura, u sa mill-ewwel jiem wara l-elezzjoni ġenerali, beda jara li din il-wegħda titwettaq.