Fi żmien ġimgħa t-triq ta’ ħdejn il-Pjazza tat-Tokk fir-Rabat, Għawdex se tkun qed terġa’ ssir mill-ġdid.
Dan hekk kif mill-bidu ta’ din il-ġimgħa bdew ix-xogħlijiet f’din it-triq prinċipali fil-gżira Għawdxija, biex jiġi evitat kull periklu.
F’kummenti ma’ ONE News, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal kif din it-triq qed issir mill-ġdid, wara li saru diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex.
Il-Ministru Camilleri qal kif it-triq se ssir bit-tarmak kif jitolbu ċertu rekwiżiti għal toroq arterjali.
Qal, “Bħala Ministeru għal Għawdex ħadna d-deċiżjoni li din it-triq issir mill-ġdid, issir skont standards li jixirqu wkoll għal toroq arterjali u propju lbieraħ stess neħħejna l-kubetti minn ġewwa din it-triq. Illum se nibdew il-gutters tal-ġnub sabiex propju l-ġimgħad-dieħla nagħtu lura din it-triq lill-pubbliku b’tarmak u kumdità kif jitolbu l-istandards, kif jixirqu għal ġurnata tal-lum.”
Il-Perit tal-proġett Godwin Sultana qal kif f’din it-triq inkixfet il-bażi eżistenti u dalwaqt se ssir l-ewwel kisja ta’ tarmak.
Spjega, “We’re taking up the finish layer of the road, I think to the delight of many Gozitans, as the road had become a very dangerous both for pedestrians and for vehicles.”