9.45: Raġel ta’ 22 sena minn Ħal Luqa u mara ta’ 31 sena minn Santa Venera ddaħħlu l-isptar. Il-kundizzjonji taż-żewġ vittmi mhix waħda kritika.
L-erba’ karozzi – Ford Ka misjuqa minn mara ta’ 25 sena minn Birżebbuġa, Peugeot 308 misjuqa minn raġel ta’ 61 sena, Peugeot 206 misjuqa minn mara ta’ 31 sena u Daihatsu Siron misjuqa minn raġel ta’ 22 sena. Il-karozzi kienu qed jinstaqu fid-direzzjoni lejn San Ġiljan.
Aktar qabel: Għall-ħabta tat-8.00 a.m. seħħ inċident tat-traffiku bejn erba’ karozzi fi Triq Reġjonali, liema inċident wassal għal ħafna traffiku. Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-paramediċi iżda s’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni ta’ dawk involuti.
Ritratt: TVM