Magħruf aħjar bħala t-Triccas, Jesmond Tedesco Triccas għadda għal ħajja aħjar. Huwa kien magħruf fid-dinja tat-teatru u tal-mużika.
Kmieni fil-karriera tiegħu, kien magħruf għal cassettes umoristiċi. Aktar tard, ħa sehem fil-Malta Song for Europe u fl-1999 rebaħ l-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta ‘Il-Karrakka’.
Matul il-karriera tal-palk interpreta bosta karattri differenti f’musicals bħal Sette Giugno, Żeża tal-Flagship, Rewwixta tal-Bdiewa u Scrooge. Fil-karriera mużikali tiegħu magħruf għax-xogħol li għamel mal-grupp mużikali Freeway fis-snin 80 li ta’ spiss taw prestazzjonijiet fuq il-programm Mill-Garaxx, kif ukoll għal verżjoni bil-Malti satirika ta’ Hotel California. Kien ukoll wiċċ familjari f’diversi serje lokali fuq it-televiżjoni.
ONE jibgħat il-kondoljanzi lill-familja tiegħu.
Il-Ministru responsabbli mis-settur kulturali, Owen Bonnici, ikkummenta dwar it-telfa ta’ Triccas.