“Nisimgħu ħafna kritika ħarxa kontra l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, iżda bħala pazjent li nieħu l-kura regolari f’dan l-Isptar nista’ ngħid li s-servizz li tawn kien eċċellenti.”
Stqarr dan mal-gazzetta The Times of Malta pazjent li jbatu b’kundizzjoni f’qalbu.
Huwa qal li bejn Ottubru u Diċembru tas-sena l-oħra kellu jiddaħħal l-Isptar t’Għawdex diversi drabi minħabba l-marda tas-Sepsis, marda relata mad-demm.
Il-pazjent iddaħħal l-isptar ukoll minħabba li kellu jagħmel xi operazzjoni marbuta mal-qalb.
Żied jgħid li f’dan iż-żmien iddaħħal kemm fid-Day Care kif ukoll fit-Taqsima tal-Qalb magħrufa bħala CCU tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex immexxi minn Steward Healthcare, fejn qal li hawnekk huwa ra b’għajnejh id-dedikazzjoni u l-ħidma bla waqfien tal-memebri tal-istaff kollu tal-Isptar t’Għawdex.
Huwa temm jagħti ħajr lit-tim mediku kollu tal-isptar talli reġa tah il-ħajja mill-ġdid.