It-trasferiment lill-privat ta’ art maħsuba għall-proġett sojċali, lejlet l-aħħar elezzjoni ġenerali, tant sar bl-għaġġla li mkejjen fid-Dipartiment tal-Artijiet u sorsi legali fil-Gvern jgħidu li d-deal huwa wieħed “imbażwar.”
Dan żvelatu l-Kullħadd u ġie rrappurtat li d-Dipartiment tal-Arijiet ma kellux ebda saħħa legali biex jittrasferxxi l-art u dan għal dviseri raġunijiet li se jkunu żvelati fil-jiem li ġejjin.
Il-Kullħadd qalet li fost oħrajn jista’ jkun innutat kif it-trasferiment tal-art lill-privat b’kuntratt iffirmat fis-7 ta’ Marzu 2013, ma kellu mkien l-approvazzjoni bil-miktub tal-Ministru respnsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet, li dak iż-żmien kien Jason Azzopardi.
Ir-rapport iżid jgħid l-eksMinistru Chris Said iffirma biss biex jgħid li l-Awtorità tad-Djar m’għandhiex bżonn l-art. Xi ħaġa, li kif żvealt l-ġimgħa li għaddiet, hiaj dubjuża ħafna anke għax l-Awtorità tad-Djar kellha iktar minn 7,300 persuna fuq il-lista ta’ stennija. Iżda fuq kollox Said ma kellu ebda awtorità jgħid lid-Dipartiment tal-Artijiet x’jagħmel bl-art u lil min jgħaddiha għax hu ma kienx responsabbli minn dak id-dipartiment.
Il-Kullħadd qalet li fl-għaġla li kollox isir qabel l-elezzjoni ġenerali, il-firma ta’ Azzopardi baqgħet ma waslitx, però d-deal sar xorta waħda.