Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Prim Ministru Robert Abela, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tħabbar ukoll li ser ikun miftuħ b’mod iżjed apert t-traġitt bejn Malta u Għawdex.
Chris Fearne stqarr li madankollu l-vapur ser ikun qed jaċċetta inqas nies fi traġitt wieħed.
Intqal ukoll li dawk il-persuni meqjusa vulnerabbli bħall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 65 sena u dawk b’mard kroniku għalissa xorta iridu jibqgħu ma joħorġux ħlief għall-affarijiet essenzjali.
Minn nhar it-Tnejn ukoll f’post pubbliku il-miżura tal-mitt ewro multa issa ser tkun tapplika għal-gruppi ta’ iktar minn erba’ persuni u mhux tlieta. Ir-reġistru tal-Qrati wkoll ser jinfetaħ mill-bidu tal-ġimgħa d-dieħla.
Is-Supretendent tas-saħħa pubblika, Charmaine Gauci stqarret li għalkemm ser jerġgħu jiftħu l-istabilimenti rridu naddattaw għal normalità ġdida. Spjegat kif sid il-ħanut għandu dritt ma jaċċettax nies li jidhru ma jifilħux. Stqarret li kull ħanut jista’ jaċċetta persuna waħda biss għal kull