Simon Mercieca, analista politiku u li kien wieħed mill-awturi tar-rapport tat-telfa tal-Partit Nazzjonalista fl-2013, iddikjara b’mod ċar li t-traġeda tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia qed tintuża fil-Partit Nazzjonalista. “Jien illum nissuspetta li t-traġedja qed tintuża,” qal Simon Mercieca b’mod ċar meta kien fuq Pjazza.
Simon Mercieca żied jgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd saret biex jitneħħa Adrian Delia, iktar milli biex jitneħħa l-Kummissarju jew l-Avukat Ġenerali. “Jekk kinetx il-protesta ta’ Simon ma nafx. Imma użawha,” tenna l-analista politiku li qal li dan huwa ħażin.