96 partitarju tal-futbol li mietu fit-traġedja tal-1989 f’Hillsborough, tilfu ħajjithom minħabba illegalitajiet u nuqqasijiet.
Din kienet il-konklużjoni tal-inkjesti li saru.
Il-ġurija sabet lil kordinatur tal-logħba David Duckenfield responsabbli tal-qtil b’negliġenza fid-dmirijiet tiegħu.
Żbalji tal-pulizija żiedu mas-sitwazzjoni perikoluża li kien hemm fis-semifinali tal-FA Cup bejn Liverpool u Nottingham Forrest.
Wara kampanja ta’ 27 sena sena mill-qraba tal-vittmi, il-ġurija sabet li l-imġieba tal-partitarji ta’ Liverpool ma kkontribwietx għall-periklu.
Instab ukoll li kien hemm difetti fl-istadjum li kkawżaw id-diżastru, u li kien hemm żball fiċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà fl-istess stadjum.