Wara li jaċċetta l-vot fl-elezzjoni kanonika għas-Suċċessur ta’ Pietru u qabel jibda jwettaq l-obbligi tiegħu, il-Papa ġdid elett irid jagħżel isem li jkun se jadotta.
L-isem li jkun għażel il-Papa anke jintqal mill-kardinal li jippreżentah, wara l-famużi kelmiet “Habemus Papam”, segwiti mill-isem tal-magħmudija tal-Papa l-ġdid bil-Latin.
L-isem li jagħżel il-Papa l-ġdid, ikun differenti minn dak proprju tiegħu.
L-ewwel Papa, Xmun, kien għażel l-isem ta’ Pietru.
Interessanti li din id-drawwa kienet diġà teżisti fl-ewwel millennju tal-Kristjaneżmu, madankollu mhux kull Papa mexa ma’ din il-prattika.
Fil-fatt, mill-266 Papa fl-istorja, 129 biddlu isimhom.
Din it-tradizzjoni saret prattika komuni sa mis-sena 955 mal-Papa Ġwanni XII u kompliet sal-lum il-ġurnata.
Fl-istorja Papali, l-aktar isem komuni li ntuża kien dak ta’ Ġwanni. Ismijiet oħrajn komuni kienu Girgor, għal San Girgor il-Kbir, u Benedittu, li ntagħżel 16-il darba.