Perit lokali xejjen il-wegħda tal-Partit Nazzjonalista tat-trackless tram hekk kif sostna li din xorta se tkun qed teħel fit-traffiku.
Il-Perit Konrad Xuereb qal dan mal-gazzetta Illum hekk kif irrimarka li l-lokalitajiet u l-karatteristiċi tagħhom mhumiex ideali għas-sistema tat-trackless tram.
Mal-Illum, il-Perit Xuereb saħaq kif biex din il-proposta titwettaq, ser ikun bżonn li jitwessgħu t-toroq b’riżultat li t-trackless tram ma tkunx tista’ taħdem fiċ-ċentri tal-ibliet u l-irħula Maltin.
B’hekk bil-wegħda tal-Partit Nazzjonalista ġie spjegat kif xorta ser tinħoloq konġestjoni tat-traffiku hekk kif billi t-trackless tram taħdem minn barra l-ibliet u l-irħula, in-nies xorta se jużaw il-karozzi biex isuqu għall-istazzjonijiet.
B’riżultat ta’ dan il-Perit Xuereb irrimarka li xorta se ikun hemm lok fejn jiġi evitat it-trackless tram kompletament u jibqgħu jintużaw il-karozzi.
Minn naħa l-oħra l-Perit Konrad Xuereb, li mal-kumpanija tiegħu KonceptX, kien tellaq ’il quddiem proposta dwar sistema ta’ metro f’pajjiżna tenna li din tgħaqqad l-iżjed żoni urbani fejn jgħixu n-nies b’mod effiċjenti u veloċi.
Irrimarka wkoll li b’differenza għal sistema ta’ trackless tram, b’sistema ta’ metro jkunu lliberati aktar karreġġjati riżervati għall-karozzi tal-linja u għaċ-ċiklisti.
Is-sistema tat-trackless tram tal-Partit Nazzjonalista, li ġiet skartata mill-Awstralja u Franza fost oħrajn, ġibdet kritika qawwija fl-aħħar jiem anke fid-dawl tal-fatt ta’ nuqqass ta’ ftehim bejn id-Deputati Nazzjonalisti Ryan Callus u Toni Bezzina dwar fejn se titpoġġa din is-sistema fit-toroq.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista mtella’ mill-Awtorità tax-Xandir, Ryan Callus qal hekk fuq it-tram li hemm min qed isejħilha bendy bus version 2.
Qal, “U allura iva se tkun qiegħda tieħu waħda mill-karreġjati preżenti, però dawn se jmorru id f’id Mark Laurence.”
Madankollu tlett ijiem wara l-Perit Toni Bezzina kkontradixxih kompletament.