Hekk kif riesaq l-eqqel tal-istaġun turistiku, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela ħabbar li numru ta’ pulizija għadhom kif temmew b’suċċess kors apposta fit-‘Tourisim Policing’.
Fi tweġiba parlamentari, il-Ministru Abela spjega li għaddejin l-aħħar preparamenti fuq il-proġett pilota b’rabta mat-‘Tourism Policing’ fiż-żoni ta’ San Ġiljan u Tas-Sliema.
Qal li fiż-żmien li ġej mistenni jitnieda dan il-proġett pilota biex b’hekk l-interessi tar-residenti ta’ lokalitajiet frekwentati mit-turisti jiġu salvagwardjati.
It-‘Tourism Police’ diġa jinsabu f’Paceville u l-għan tagħhom huma li jaraw li kullħadd josserva l-liġi f’żoni turistiċi.
Fid-dawl li pajjiżna qed igawdi minn rekord ta’ numri fit-turiżmu, il-Gvern ħass li joħloq sezzjoni li tara kif il-ġid iġġenerat mit-turiżmu jkun sostennibli u ma jħalliex impatt negattiv fuq iċ-ċittadini tal-pajjiż.