It-torri famuż ta’ Pisa fl-Italja qed jiddritta minħabba xogħlijiet li saru fuqu biex l-attrazzjoni tkun protetta mill-elementi naturali, u biex dan ikun aktar sigur għat-turisti.
Esperti mill-grupp ta’ sorveljanza ta’ dan is-sit ta’ 57 metru, li jħarsu l-proċess tar-restawr li jsir fuqu, qalu li t-torri huwa “stabbli u qed jiddritta” wara 17-il sena ta’ osservazzjoni. Jidher li sa issa dan iddritta b’4ċm.
Dan il-grupp ta’ sorveljanza inħatar biex jipproteġi dan is-sit bejn l-1992 u l-2001. Dan wara li ritratti ta’ turisti fl-1990 ħasseb lill-awtoritajiet hekk kif it-torri deher wisq viċin tal-pubbliku, seta’ kien ta’ periklu.