Fis-sena 2016 it-toroq raw 23 vittma li tilfu ħajjithom kawża ta’ inċidenti tat-traffiku. L-etajiet ivarjaw bejn is-sbatax-il sena u s-97 sena. Fosthom kien hemm 19-il Malti li minnhom kien hemm sitta ta’ sess femminili u tlettax ta’ sess maskili, wieħed Brittaniku ta’ sess maskili, wieħed Olandiż ta’ sess maskili, wieħed Libjan ta’ sess maskili u raġel li n-nazzjonalità mhux magħrufa.
Din l-informazzjoni ħarġet minn mistoqsija parlamentari li saret mid-deputat Anthony Agius Decelis lill-Ministru Carmelo Abela.