Matul il-lejl ta’ qabel il-Milied ma kienux irrapportati inċidenti fit-toroq Maltin ħlief każ wieħed li fih ħadd ma sofra ġrieħi gravi.
Dan qalu l-Ministru Carmelo Abela fuq facebook fejn irringrazzja lill-membri kollha tal-Forzi tal-Ordni, b’mod speċjali lill-Pulizija għall-ħidma tagħhom. Iżda dan ma kienx l-unika ringrazzjament li għamel il-Ministru hekk kif irringrazzja wkoll lill-poplu Malti li kkopera u wera responsabbilitá fit-triq.