In-numru ta’ vetturi fit-toroq Maltin sal-aħħar ta’ Marzu kien ta’ 361,552, b’78.8% ta’ dawn kienu karozzi tal-passiġġieri, 13.5% kienu vetturi kummerċjali filwaqt li 6.5% kienu muturi. Filwaqt li l-mini-buses u l-karozzi tal-linja ammontaw għal anqas minn 1% tat-total.
L-istatistika turi li fl-ewwel tliet xhur tas-sena, inħarġu 6,037 liċenzja ġdida li fil-maġġoranza tagħhom, 78.6%, kienu liċenzji għall-karozzi. 2,722 minn dawn, jiġifieri 45.1%, kienu liċenzji għall-karozzi ġodda filwaqt li 3,315 minnhom kienu liċenzji ġodda għal karozzi użati. Dan ifisser li fl-ewwel tliet xhur tas-sena, nħarġu liċenzji ġodda għal madwar 67 vettura kuljum.
Dan ifisser li meta mqabbel mal-aħħar tliet xhur tas-sena 2016, il-vetturi fit-toroq Maltin żdiedu b’ 0.7%.