Minn kmieni filgħodu, it-Torok ħarġu jivvutaw f’elezzjoni li qed titqies bħala waħda mill-aktar ħorox fil-pajjiż fl-aħħar snin, u se tiddetermina jekk il-President Recep Tayyip Erdogan jingħatax it-tieni mandat biex jibqa’ jmexxi lit-Turkija.
Erdogan ilu fil-poter mill-elfejn u tnejn meta kien Prim Ministru, u sar President fl-elfejn u erbatax wara emendi fil-kostituzzjoni biex il-pajjiż jinbidel f’sistema Presidenzjali.
Ħafna analisti politiċi qed jgħidu li jekk Erdogan jirbaħ l-elezzjoni, tiddgħajjef is-salta tad-dritt fil-pajjiż.
It-Turkija għadha tinsab fi stat t’emerġenza wara li falla attentat ta’ kolp ta’ stat lura f’Lulju tal-elfejn u sittax.
Dawn l-elezzjonijiet kienu skedati li jsiru f’Novembru tas-sena d-dieħla, iżda Erdogan iddeċieda li jsiru qabel.