Darren Debono magħruf bħala t-‘Topo’ ġie kkundannat għal għaxar snin u sitt xhur ħabs fuq l-involviment tiegħu fl-attentat ta’ hold-up fuq il-bank HSBC f’Ħal Qormi, f’Ġunju tal-2010.
Ilbieraħ filgħaxija ġriet l-aħbar li t-‘Topo’ ammetta l-involviment tiegħu qabel illum beda għaddej ġuri fuq il-każ.
Illum kellu jibda l-ġuri fuq dan il-każ li hemm mixli wkoll fuqu Vince Muscat il-‘Koħħu’.
Dakinhar tal-attentat ta’ hold-up fuq il-bank tal-HSBC kienu ġew sparati diversi tiri bejn il-ħallelin u l-pulizija.
L-Imħallef Giovanni Grixti ordna wkoll biex Darren Debono jħallas multa ta’ €18,000 u €11,000 oħra fi spejjeż tal-Qorti.
AQRA WKOLL: