L-avukati ta’ Darren Debono t-‘Topo’ qalu li l-akkużat m’għandux tort li mhux beħsiebu jsemmi ismijiet minħabba biża’ ta’ sigurtà għal qrabatu.
Dan hekk kif il-Ħamis Debono qal dan fil-Qorti b’rabta ma’ serqa sfrattata mill-kwartieri tal-HSBC fl-2010.
B’rabta ma’ dan il-każ, it-‘Topo’ qed jiskonta sentenza ta’ għaxar snin u sitt xhur ħabs.
F’seduta tal-Qorti l-Ġimgħa filgħodu, il-Prosekuzzjoni telgħet diversi xhieda sabiex jgħidu dak li qal Darren Debono l-Ħamis fil-Qorti.
Id-Difiża mmexxija mill-Avukati Edward Gatt u Ishmael Psaila talbu għall-ħelsien mill-arrest u l-Qorti laqgħet it-talba.
Il-Qorti tat il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000.
Id-Difiża qalet li l-imputat ma kellux biżżejjed flus biex iħallas dan id-depożitu.
Minkejja li Darren Debono ngħata l-ħelsien mill-arrest, huwa se jinżamm arrestat minħabba s-sentenza li qed jiskonta.