It-tobba tal-kap tal-Oppożizzjoni u l-Kritiku ewlieni tal-Gvern Russu, Alexei Navalny, qed iwissu li jista’ jmut fil-jiem li ġejjin jekk ma jingħatax l-attenzjoni medika li għandu bżonn.
L-istess tobba qalu li t-testijiet tad-demm li ħa Navalny, li bħalissa qiegħed il-ħabs, jindikaw li jista’ jsofri minn attakk tal-qalb jew jieqfu jaħdmulu l-kliewi minn ħin għall-ieħor.
Erba’ tobba, inkluż it-tabiba persinonali ta’ Navalny talbu permess lill-uffiċjali tal-ħabs biex jinvistawh b’urġenza.
Navalny ilu 19-il jum fuq strajk tal-ġuħ bħala protest biex jirċievi trattament xieraq għall-uġigħ li għandu f’dahru u t-tnemnim f’riġlejh.