It-tobba li fadal fil-belt Sirjana t’Aleppo – li tinsab f’idejn ir-ribelli, appellaw lill-President Amerikan Barack Obama biex jibgħat l-għajnuna lill-kwart ta’ miljun ċittadin li jinsab hemm.
Iffirmata minn 29 tabib, l-ittra tgħid li jekk l-attakki fuq il-faċilitajiet mediċi jibqgħu għaddejjin bir-rata li qed isiru bħalissa, jista’ ma jkunx hemm aktar fi żmien xahar.
Għaldaqstant appellaw lil Obama biex jimponi no-fly zone fuq Aleppo bil-għan li jieqfu l-attakki mill-ajru. Intant, ir-Russja qalet li l-armata tagħha se twaqqaf l-attakki għal tliet sigħat kuljum biex tħalli l-għajnuna tidħol f’Aleppo.