B’rabta mal-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Pjazza Antoine De Paule f’Raħal Ġdid, is-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet u l-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta avża li sabiex issir l-aħħar fażi ta’ dan il-proġett, u sabiex dan jiġi ffinalizzat malajr kemm jista’ jkun, it-Tnejn se jingħalaq kompletament l-aċċess għall-vetturi kollha mill-parti tal-pjazza li twassal għal salib it-toroq ma’ Triq Luqa, Triq Tarxien u Triq il-Palm.
Huwa mistenni li dan l-għeluq idum madwar xahrejn. Minkejja li din il-parti tal-pjazza se tkun magħluqa għall-vetturi, din xorta waħda se tibqa’ aċċessibbli għan-nies u se jkun hemm aċċess għall-ħwienet u għall-faċilità tal-loading and unloading. Se jkun hemm ukoll aċċess apposta għaċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid.