Tfajla ta’ ħmistax–il sena u ġuvni ta’ sbatax, spiċċaw il-Qorti wara li kellhom x’jaqsmu flimkien sesswalment minkejja li għadhom taħt l-età.
Il-Pulizija daħlu fil-każ meta t-tfajla akkużat li ż-żagħżugħ kellu x’jaqsam magħha mingħajr il-kunsens tagħha, madanakollu wara l-investigazzjoni li saret irriżulta li t-tfajla kellha x’taqsam mal-ġuvni bil-kunsens tagħha.
Għaldaqstant huma t-tnejn tressqu l-Qorti akkużati b’attivitajiet sesswali taħt l-età. Huma ngħataw il-libertà fuq numru ta’ kundizzjonijiet, fosthom li ma jwetqux reat ieħor fi żmien tliet snin.