It-Tnejn se titwaqqaf l-Climate Action Authority. Ħabbar dan il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela.
“Nibdew il-ġimgħa billi nniedu awtorità importanti ferm – jiġifieri dik l-awtorità li r-remit tagħha u l-funzjoni tagħha se jkun li tieħu azzjoni kontra t-tibdil fil-klima. Jekk issaqsini liem hi l-akbar sfida li għandha d-dinja mil-lat ambjentali – mhux Malta, d-dinja, hija t-tibdil fil-klima.”
ROBERT ABELAREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dr Abela tkellem ukoll dwar l-importanza tal-iżvilupp sostenibbli u ta’ kwalità – fejn hawn appella għal settur tal-kostruzzjoni regolat li jiġi kkumpensat minn spazji ħodor u miftuħa.
Fil-fatt, huwa qal li dan is-settur irid jiġi inċentivat, filwaqt li semma s-servizzi li ġew intorodotti għal aktar protezzjoni.
“L-iskemi tal-UCA se jibqgħu hemmhekk, l-iskemi tal-proprjetajiet vakanti se jibqgħu hemm ukoll, ġifieri hawnhekk, infakkar ftit xi jfissru dawk l-iskemi. Eżenzjoni mit-taxxa tal-boll, sa mija u ħamsin elf, jiġifieri ma tħallasx taxxa, il-ħelsien tal-VAT – int tiffranka, jekk tagħmel xogħol f’dar f’UCA flok tibni blokka appartamenti, tiffranka sa massimu ta’ erbgħa u ħamsin elf ewro VAT, barra l-cash grant li tingħata.”
ROBERT ABELA
Meta mistoqsi dwar is-settur tat-turiżmu f’pajjiżna, il-Prim Ministru appella għal turiżmu aktar ta’ kwalità milli kwantità. Qal li dan is-settur, għamel qabża kbira ‘l quddiem, fejn minn settur li ma kienx irendi biżżejjed, illum il-ġurnata, sar settur li jara madwar tliet miljun turist fis-sena.
Dr Abela aċċenna wkoll għal-laqgħa ta’ qabel il-baġit mal-MHRA, fejn ġiet diskussa din il-viżjoni, kif ukoll aktar investiment fl-ospitalità u l-infrastruttura.
“Għalija, id-direzzjoni li jrid jimxi l-pajjiż fiha fis-snin li ġejjin, trid tkun waħda fejn ċerta massa kritika tinżamm, anke għaliex kellek min għamel investimenti kbar fl-aħħar snin li mhux kollha jħarsu lejn it-turist tal-ħames stilel – ġifieri rridu nipproteġu dak l-investiment, għax il-pajjiż għandu bżonnu wkoll dak l-investiment, u wkoll dik il-kwalità ta’ turist, imma rridu nħarsu issa li nelevaw il-kwalità tat-turist.”
ROBERT ABELA