It-Tnejn li ġej, il-Kunsill tal-Malta Football Association se jkun qed jiddeċiedi hux se jkun merbuħ il-Kampjonat Premier għal din is-sena.
Din id-deċizjoni trid tittieħed wara li iktar kmieni din il-ġimgħa ġie deċiż li l-Kampjonat Premier mhux ser jitkompla. Bil-kunsill f’din il-laqgħa virtwali jrid jiddeċiedi jekk hux se jkun hemm rebbieħa u relegati fil-Kampjonati.
Din id-deċizzjoni tat-Tnejn se tiddetermina jekk tim tal-Furjana li jinsab fil-quċċata tal-klassifika hux se jerbaħ il-Kampjonat Premier.
Il-Kunsill tal-Malta Football Association huwa ffurmat minn rappreżentant wieħed minn kull klabb tal-futbol f’Malta, fejn hemm eleġibli li jivvutaw 76 persuna, flimkien mal-membri eletti fit-tmexxija tal-MFA.