Il-kandidat tal-Partit Laburista għall-Parlament Ewropew Felix Busuttil nieda uffiċjalment il-kampanja elettorali tiegħu bit-tema ‘Mill-Qalb’.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat spjega kif għall-ewwel darba, it-tim ta’ kandidati qed jistgħana permezz ta’ impenn ta’ artista nnifsu, li b’mod naturali indirizza folla ta’ eluf, u li ta’ dan ma stenna xejn lura.
Felix Busuttil saħaq kif biż-żfin tgħallem ikun politiku ta’ saħħa anke mentali, emozzjonali u ta’ passjoni kbira.
Qal li tgħallem li qatt ma tista’ tkun waħdek għax trid timxi mar-ritmu, u għalkemm xi drabi hemm imnejn tkun mgħajjar, dejjem trid tispiċċa dak li bdejt.
Busuttil spjega kif dawn il-prinċipji flimkien ma’ dawk tal-Unjoni Ewropea, bħall-fedeltà, il-kompromess, il-qawwa fil-ġustizzja u l-kompassjoni, huma s-sisien tal-vjaġġ tiegħu.
Il-Ministru Helena Dalli sostniet li Felix Busuttil għandu ħafna x’jagħti u saħqet fuq kemm hi importanti d-diversità, li tfisser is-saħħa ta’ poplu.
Il-Ministru Owen Bonniċi semma kif l-isem tal-kampanja ta’ Felix Busuttil huwa fil-fatt dak li jagħmel lil Busuttil bħala persuna u li jinsab ċert li l-ħidma tiegħu se titmexxa b’mod ġenwin u mill-qalb.