It-tnaqqis fit-taxxa tal-boll minn 5% għal 1.5% meta ġenitur jittrasferixxi n-negozju lit-tfal tiegħu se tiġi estiża għal sena oħra.
Fid-diskors dwar il-baġit għall-2019, il-Ministru Edward Scicluna spjega kif din il-miżura ġiet introdotta fl-2017 u kellha tispiċċa fl-aħħar ta’ Diċembru ta’ din is-sena. Issa, din se tiġi estiża għal sena oħra biex jiżdied iċ-ċans li n-negozju tal-familja jibqa’ miexi ‘l quddiem.