Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Marisa Xuereb fissret il-Budget li ressaq il-Gvern bħala wieħed pożittv ferm għax miżuri bħal ħlas ta’ taxxa ta’ 15% fuq l-ewwel mitt siegħa over-time u t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-part-time minn 15% għal 10% se jinċentivaw ix-xogħol.
F’kummenti ma’ ONE News, Xuereb qalet ukoll li l-Gvern mhux qed jgħaddi piżijiet fuq in-negozji billi pereżempju l-mekkaniżmu għad-diskussjoni biex il-kumpens għall-għoli tal-ħajja jiżdied għal min hu l-aktar milqut, dan se jerfgħu l-Gvern u mhux se jintefa’ fuq min iħaddem.
Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li bosta miżuri ppreżentati mill-Gvern fil-Budget kienu proposti tagħha wkoll u b’hekk ħarġet sodisfatta li l-proċess ta’ konsultazzjoni tal-Gvern qabel il-Budget kien wieħed tajjeb ħafna.