L-Erbgħa reġgħu bdew joperaw l-barrieri u b’hekk reġa’ tkompla x-xogħol ta’ kostruzzjoni.
Dan wara li ġiet solvuta l-kwistjoni dwar ir-radam li kienet għaddejja bejn l-iżviluppaturi u s-sidien tal-barrieri, primarjament dwar il-prezz tar-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni.
It-Tlieta filgħaxija ntlaħaq ftehim bejn il-Gvern u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-iżviluppaturi sabiex tiġi solvuta din il-kwistjoni.
Antoine Vella, sid ta’ barriera qal li s-sidien kienu ilhom għoxrin s-sena b’din il-problema u fl-aħħar il-gvern beda jindirizza din il-kwistjoni.
Huwa faħħar it-tnaqqis fit-taxxa hekk kif sidien ta’ barrieri se jiġu ntaxxati biss ħamsa fil-mija bil-kundizzjoni li jilqgħu materjal bi €12 kull tunnellata.
Vella stqarr: “Tnaqqis fit-taxxa affetwatna tajba. Kemm lilna. Żvilupaturi u anki nies li jridu jagħmlu xogħol id-dar. Ħa jgawdi minnha kulħadd.”
Il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia tkellem dwar l-importanza ta’ dan il-ftehim milħuq.
Huwa qal: “Sodisfatt li wasal għal ftehim biex nirregolaw dan is-sttur. Prezz bi €12 roħs ta’ €3.”
Il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia rrimarka li l-Gvern qed idaħħal miżura oħra li meta jinħareġ avviż tal-bidu ta’ xogħlijiet irid ikun identifikat is-sit ta’ fejn se jintrema l-iskart mill-iżviluppatur.
Qal li l-Gvern qed jevita li jordom materjal fil-baħar anki jekk hemm permess.
Il-Ministru Farrugia sostna: “Il-Gvern għandu permess li jarmi fil-baħar. Gvern Nazzjonalista għamel użu minnu imma ħdima biex nevitawh u morru lejn il-barrieri.”