Fit-tielet kwart tas-sena li għadda, Malta rreġistrat it-tielet l-akbar tnaqqis fid-dejn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Il-Eurostat qal li d-dejn ta’ Malta naqas b’aktar minn 4.4 fil-mija biex issa niżel għal taħt il-55 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross.
Fl-istess perjodu, b’erbgħa punt tnejn fil-mija, Malta rreġistrat l-ogħla surplus fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Għall-Kap tad-Dipartiment tal-Ekonomija fl-Università ta’ Malta Dr Philip von Brockdorff, iċ-ċifri tal-Eurostat huma frott it-tmexxija serja fil-finanzi pubbliċi u l-istabilità ekonomika u finanzjarja li għandu pajjiżna li jwasslu sabiex jattira investituri barranin.
Dr. Brocdorff qal li t-tnaqqis fid-dejn jindika li hemm tmexxija serja fil-finanzi pubbliċi u dak ifisser li l-Gvern jissellef inqas u joħloq stabilità fl-ekonomija.
Dr Von Brockdorff sostna li bis-sitwazzjoni ekonomika kif inhi, Malta tista’ tiġbed lejha aktar investiment. Saħaq li ż-żona ewro wkoll qed tindika sinjali pożittivi u dan huwa sinjal pożittiv għal Malta; potenzjalment jista’ jattira aktar investiment.
Madanakollu, ONE News saqsa x’effetti jista jkollu fuq pajjiżna t-tnaqqis fid-dejn?
Dr. Brockdorff qal li l-effetti juru li l-pajjiż huwa stabbli u qed irendi bħala revenue. kif ukoll jieħu miżuri biex inaqqas l-ispiża pubblika. Kompla jgħid li dan huwa importanti għax joħloq ċertu stabbilità ekonomika finanzjarja mill-att ta’ finanzi pubbliċi, imma wkoll stabilità ekonomika li mbaghad tirrendi tajjeb u tattira investiment lejn pajjiżna
Permezz ta’ din l-istabilita, il-Gvern mhux ha jkollu għalfejn jintroduċi taxxi ġodda u wisq anqas jirrikorri għal-żieda fit-tassazzjoni.
Għall-kuntlarju ta’ amministrazzjonijiet oħra, l-għaqal u l-bżulija tal-poplu Malti qed iwasslu għal riżultati eċċellenti li qed jaffettwaw lill-familji Maltin u Għawdxin.
Fi kliem Dr Philip von Brockdorff dawn ir-riżultati qed jikkontribwixxu sabiex ir-rota ekonomika tkompli iddur: ‘speċjalment biex jiġi attirat aktar investiment u aktar xogħol, aktar nisa u aktar impjiegi lill-barranin…dan kollu jiġġenera att ekonomiku anke minħabba miżuri u politika li tattira x-xogħol u investiment.’