Min jaf kemm hemm memorji fuq videocassettes madwar id-dinja. Memorji ta’ magħmudijiet, praċettijiet, tiġijiet, festini, okkażjonijiet, jew tal-ħajja normali kif kienet dari.
L-aħħar videocassette recorder (magħruf aħjar bħala VCR) fil-Ġappun se jkun ħareġ sal-aħħar tax-xahar, skont ġurnal Ġappuniż. Il-kumpanija Funai Electric ilha tagħmel dawn l-għodod teknoloġiċi għal dawn l-aħħar 33 sena. Dan l-aħħar kienet qed tagħhmilhom għad-ditta Ċiniża Sanyo.
Iżda s-sena li għaddiet irnexxilha tbiegħ 750,000 videocassette recorder – differenza mill-15-il miljun li kienet tbiegħ dari. Kull ma jmur qed isir aktar diffiċli għall-kumpanija ssib min jimmanifattura ‘parts’ għal dawn il-magni.
Il-VHS (video home system) daħlu fis-suq fis-snin sebgħin, iżda tista’ tgħid mietu bl-era tad-DVDs. Is-sena li għaddiet, il-kumpanija Sony ħabbret li mhux se tkompli l-bejgħ tal-video cassettes Betamax – tista’ tgħid l-uniku kompetitur għall-VHS.
Minkejja li dan l-aħħar kien hemm domanda għal teknoloġiji vintage bħal vinyl, esperti ma jemmnux li se jkun hemm l-istess sentiment għall-VCRs u VHS (li fuqhom wieħed jista’ jara VCRs).