Il-waqgħa tal-Afganistan f’idejn it-tmexxija tat-Taliban x’aktarx tqawwi l-qlub tat-terroristi fir-Renju Unit. Hekk wissa d-Direttur Ġenerali tal-MI5 Ken McCallum.
Huwa sostna li minkejja li t-theddida tat-terroriżmu ma tinbidilx mil-lum għal għada, l-iżviluppi fl-Afganistan fl-aħħar ġimgħat jistgħu jagħtu spinta morali lill-estremisti.
McCallum żied jgħid li illi hemm tħassib illi gruppi terroristiċi jerġgħu jingħaqdu bi pjanijiet ta’ terrur aktar sofistikati.
Fl-aħħar erbgħa snin twaqqfu mal-31 pjan ta’ attakki terroristiċi li kienu fi stat avvanzat.