It-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista se tkun qed tħabbar li se tirriżenja fis-sigħat li ġejjin. Kollox jindika li dan se tħabbru għada filgħodu.
Imkejjen fil-Partit Nazzjonalista sostnew ma’ one.com.mt li għalkemm fl-aħħar sigħat Simon Busuttil ta’ x’jifhem li seta’ jibqa’ fil-kariga, fil-Partit Nazzjonalista hemm pressjoni kbira biex jirriżenja.
Jirriżulta li żied mal-pressjoni l-fatt li fost il-Viċi-Kapijiet kien hemm min wera mill-ewwel l-intenzjoni li ma jibqax fil-kariga fid-dawl ta’ din l-ikbar telfa fl-istorja. Iktar kmieni Simon Busuttil qal li nxtegħlet fjamma li m’għandiex tintefa’. U din id-ikjarazzjoni li kompliet iżżid mal-konfużjoni interna fil-Partit Nazzjonalista. Il-kunflitt intern fil-Partit Nazzjonalista ilu għaddej xhur tant li qabel l-aħħar diskors ta’ Simon Busuttil kien dan is-sit li żvela dak li kien se jgħid kelma b’kelma minn qabel.