It-tmexxija tal-Partit Laburista ppreżentaw ir-rigali b’rabta mal-inizjattiva “Rigal b’Imħabba” lil mart il-Prim Ministru, Dr. Lydia Abela.
Din l-inizjattiva tara li kull tifel u tifla f’Malta u Għawdex, ikollhom rigal għall-Milied.
Il-poplu hu mistieden ipoġġi rigal tat-tfal taħt is-Siġra tal-Milied, li hemm armata fi Pjazza Kastilja, il-Belt, biex dawk f’qagħda vulnerabbli minħabba ċirkostanzi u sfidi ma jirċevux rigal, f’dawn il-festi wkoll jifirħu bir-rigal li jagħtihom il-poplu Malti u Għawdxi.
Il-qofol jintlaħaq waqt l-għeluq, għall-ħabta tas-7:00 p.m., b’mart il-Prim Ministru tagħlaq l-attività biex minn hemm, imbagħad, il-forzi tal-ordni ta’ pajjiżna jibdew bit-tqassim tar-rigali.