Matul l-aħħar jiem il-President tal-MFA, Bjorn Vassallo, żar numru ta’ faċilitajiet sportivi ta’ klabbs membri u ltaqa’ mal-ogħla uffiċjali tal-klabbs bħala parti mill-kampanja li qed issir fi żmien meta l-elezzjoni għall-Presidenza tal-MFA qiegħda dejjem toqrob.
F’żjarat riċenti l-President tal-MFA attenda fin-nofsinhar ta’ Malta fejn żar l-klabbs ta’ Birżebbuġa, Ħal Għaxaq, Ħal Kirkop, Marsaskala u anke s-Siġġiewi. Fost is-suġġetti diskussi fil-laqgħat l-ogħla uffiċjali tal-MFA u tal-klabbs tkellmu fuq il-ħidma ta’ dawn l-aħħar erba’ snin, in-nurseries u x-xogħol fil-komunita’ u fuq l-importanza ta’ faċilitajiet sportivi tajbin fejn issir ħafna attivita’ sportiva tul is-sena kollha.
Huwa previst li aktar żjarat se jsiru fil-jiem li ġejja.