Il-President Taljan Sergio Mattarella ħabbar li nhar it-Tlieta li ġej se jsiru xi laqgħat oħrajn u jittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa bil-għan li tirrisolvi ruħha l-kwistjoni politika li għaddejja bħalissa fl-Italja.
Mattarella tenna li l-elezzjonijiet iseħħu biss jekk fil-Parlament Taljan ma jkunx hemm qbil fuq minn għandu l-maġġoranza tal-Gvern. Iżda hu stqarr li skont l-informazzjoni li għandu bħalissa diġà hemm xi diskussjonijiet bejn xi partiti, foshom iċ-Cinque Stelle u l-Partit Demokratiku li jistgħu jifformaw gvern ta’ koalizzjoni.
Il-kriżi poltika fl-Italja fl-eqqel tal-istaġun tas-sajf kienet kawża tad-dikjarazzjonijiet li għamel il-Viċi Prim Ministru Taljan Matteo Salivini u mexxej tal-Partit Lega Nord li ħadha qatta’ bla ħabel kontra l-Mexxej tal-Movimento Cinque Stelle Luigi Di Maio meta akkużah li kien qed jgħid le għalkollox.