Il-tliet kandidati għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet u taw ir-reazzjoni tagħhom għar-rapport ta’ Moody’s.
Ir-rapport li ħareg ilbieraħ ikkonferma s-suċċess ekonomiku li qed jagħmel pajjiżna u innota kif pajjiżna għandu governanza tajba.
Il-Ministru Chris Cardona qal li rapport ta’ Moody’s huwa wieħed minn sensiela ta’ rapporti u statistiċi li joħorgu minn żmien ghall-iehor li ikkonfermaw kemm l-oppozizzjoni nazzjonalista kienet żbaljata meta kienet tgħid labour won’t work.
L-eks president tal-Partit Laburista Stefan Zrinzo Azzopardi qal li għax l-ekonomija b’saħħitha, dan il-Gvern qed joħloq il-ġid li qed jintlaħaq minn kulħadd. Elenka numru ta’ miżuri li daħħal dan l-Gvern li wasslu biex il-faqar u l-qgħad dejjem qed jonqsu.
Il-Ministru Owen Bonnici qal li r-rapport ta’ Moody’s huwa konferma li Malta qed tinbidel f’kull qasam. Huwa innota l-aġir tal-oppożizzjoni li tgħid ħafna u tkun negattiva, u l-Gvern li b’kuntrast, fi tliet snin daħħal ligijiet importanti u se jkompli jaħdem biex isaħħaħ il-Governanza u jiġġieled il-korruzzjoni.
https://www.youtube.com/watch?v=CXdHpWO7-VQ