It-tribunal industrijali sab li t-tkeċċija tal-eks Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, Marcus Klaushofer kienet ġustifikata.
Dan hekk kif instab li huwa kien ħareġ informazzjoni sensittiva dwar in-negozju tal-kumpanija li tmexxi l-ajruport.
Ħareġ kif din l-informazzjoni bdiet tingħata lill-kumpaniji li kienu interessati li jkollhom dħul mill-ajruport.
Wara li ħarġet din l-aħbar, b’mod unanimu għaddiet riżoluzzjoni sabiex tkeċċa l-eks Kap Eżekuttiv.
L-eks Kap Eżekuttiv tal-Ajruport kien laħaq fil-kariga fl-elfejn u tnax u kien tkeċċa mill-irwol f’Jannar tal-elfejn u ħmistax.