L-organizazzjoni dinjija għat-turiżmu tan-Nazzjonijiet Maqgħuda ħabret li kien hemm kważi biljun turist internazzjonali fl-ewwel disa’ xhur tas-sena.
Żieda ta’ madwar 40% fuq ir-riżultati fl-istess perjodu s-sena li għaddiet, f’xhieda li s-settur turistiku madwar id-dinja qed ikompli jirkupra.
Li jispikka f’dawn ir-riżultati huwa kif it-tkabbir f’Malta huwa ikbar minn dak globali u reġjuni oħra madwarna. Malta tiżboq bil-kbir it-tkabbir internazzjonali fit-turiżmu skont dan it-tagħrif.
Filwaqt li ż-żieda globali kienet ta’ 3.7%, dik fl-Ewropea kienet ta’ 1.6% u fl-Unjoni Ewropea 4%. Iż-żieda fil-Mediterran u n-naħa ta’ isfel tal-Ewropa kienet ta’ 0.4%.
Dik f’Malta kienet ta’ 7.3% – żieda ferm ikbar minn dik f’pajjiżi oħra.