Ir-Re Karlu III indirizza l-ftuħ tal-Parlament Ingliż b’diskors fil-House of Commons fejn elenka l-prijoritajiet ta’ Gvern ġdid Laburista, immexxi mill-Prim Ministru Britanniku Keir Starmer.
Fost il-prijoritajiet tal-Gvern il-ġdid hemm dik tat-tkabbir tal-ekonomija, li jindirizza l-problemi tal-housing u anke l-għoli tal-ħajja.
Fid-diskors tiegħu, ir-Re semma pakkett ta’ aktar minn 35 miżura, li huma ppjanati li jitwettqu mill-Gvern biex ikun hemm tkabbir ekonomiku, isiru proġetti maġġuri infrastrutturali, jitjieb it-trasport u jinħolqu aktar impjiegi.
F’dan id-diskors imħejji mill-Gvern, ir-Re tar-Renju Unit sostna li l-programm ta’ ħidma tal-Gvern se jkun ibbażat fuq il-prinċipju tas-sigurtà u anke tal-ġustizzja soċjali fejn kulħadd jingħata l-istess opportunitajiet.