F’pajjiżna, il-kisba kbira kienet li nkiseb spazju ekonomiku mit-tkabbir li sar, sabiex hemm biżżejjed mezzi għall-benefiċċji soċjali – b’dan huwa li jiddistingwina minn pajjiżi Ewropej.
Qal dan l-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista, Dr. Alfred Sant, meta kien qed jiġi intervistat waqt il-maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-Partit Laburista.
Meta mistoqsi dwar l-isfidi li huma mistennija tul din is-sena li ġejja, fid-dawl ta’ diversi gwerer u kunflitti li għaddejjin, huwa qal li rridu nibqgħu ‘l barra minn kull involviment militari.
Żied jispjega l-importanza tal-viżjoni, sabiex tkompli għall-isfidi li jgħollu rashom.
Fl-aħħar u mhux l-inqas, huwa ħeġġeġ biex kulħadd jagħmel l-għotja tiegħu b’risq il-Partit Laburista.
Isma’ x’qal Dr. Sant