L-Ispeaker tal-Parlament qal li t-titlu tal-artiklu tax-Shift News mhuwiex wieħed assolutament feliċi u ma jirreflettix għar-responsabiltajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Id-deċiżjoni tal-Ispeaker ittieħdet wara li rapport tax-Shift News miktub minn Caroline Muscat, eks ġurnalista tat-Times u li mexxiet il-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista fl-2017 fi żmien Simon Busuttil, allega li l-Prim Ministru Robert Abela żgwida lill-Parlament fi tweġiba parlamentari dwar entitajiet pubbliċi
L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li tul il-perjodu kopert mill-interpellanza parlamentari msemmija, ir-responsabilità tal-entitajiet imxiet minn Ministeru għall-ieħor skont kif meħtieġ.