Fid-dawl tat-theddida ta’ azzjoni industrijali li ħarġet ilbieraħ mill-Assoċjazzjoni tal-Bdoti, l-ALPA, l-Air Malta qalet li s-servizzi kollha, inkluż it-titjiriet tagħha, qed joperaw bħas-soltu.
Fi stqarrija ntqal li mhu mistenni l-ebda tfixkil fil-jumejn li ġejjin, madankollu jekk tittieħed xi azzjoni industrijali, saru arranġamenti sabiex jiġi minimizzat l-effett tagħha fuq il-passiġġieri u tiġi protetta l-iskeda tat-titjiriet tal-Air Malta.L-Air Malta żiedet li se tkompli żżomm l-impenn tagħha lejn il-klijenti u se tagħmel l-almu tagħha biex tiggarantixxi l-aħjar servizz possibbli u l-inqas konvenjenza għall-klijenti tagħha f’każ li jkun hemm xi azzjoni ta’ strajk.
Is-sit elettroniku tal-Air Malta www.airmalta.com u l-paġna fuq Facebook se jiġu aġġornati bl-aħħar żviluppi u bi kwalunkwe tibdil.